Termini u kundizzjonijiet
Termini u kundizzjonijiet għall-pubblikazzjonijiet fuq il-Pjattaforma
L-utenti rreġistrati jistgħu joħolqu u jippubblikaw entrati fuq ċerti taqsimiet tal-Pjattaforma. L-informazzjoni pprovduta hawnhekk tiddeskrivi x’inhuwa mistenni minn dawn l-entrati u kwalunkwe kontenut ieħor iġġenerat mill-utent (bħal kummenti dwar artikli). “Entrati” jirreferu għal avviżi ta’ korsijiet fuq il-post ippubblikati fit-taqsima tal-Iżvilupp Professjonali u kwalunkwe entrata ppubblikata fit-taqsima tan-Networking.
Dawn it-termini u kundizzjonijiet huma addizzjonali għaċ-Ċaħda ġenerali tal-Pjattaforma.
Ċaħda: informazzjoni lill-utenti kollha
Bħala utent tal-Pjattaforma, jekk jogħġbok aqra din l-informazzjoni bir-reqqa:
- L-entrati jsiru minn organizzazzjonijiet indipendenti. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-kontenut, il-kunsinna jew il-ġestjoni tagħhom.
- L-ebda entrati mhuma approvati minn qabel mill-Kummissjoni Ewropea, l-Organizzazzjonijiet ta’ Appoġġ Nazzjonali (NSOs), l-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+ (NAs), jew l-amministraturi tal-Pjattaforma.
- L-għażla ta’ entrata (eż. kors fuq il-post) mill-bażi tad-data ma tiggarantixxix li l-iskejjel/l-organizzazzjonijiet se jingħataw għotja tal-Erasmus+.
- Mhuwiex meħtieġ li entrata tiġi inkluża fil-Pjattaforma sabiex tkun inkluża fl-applikazzjoni tal-Erasmus+.
Il-kontenut kollu ġġenerat mill-utent, inkluż il-kontenut tal-eTwinning, fil-European School Education Platform huwa pprovdut kif inhu. Il-Kummissjoni Ewropea ma tapprova l-ebda fehma, opinjoni jew parir espress minn viżitaturi għal dan is-sit web. Għalkemm l-użu tas-sit web jirrikjedi li l-utenti kollha jikkonformaw ma’ dawn it-Termini tal-Użu, xi kontenut mhux xieraq iġġenerat mill-utent xorta jista’ jiġi sottomess u muri. Aħna nirriżervaw id-dritt li neditjaw, inċaqalqu jew inħassru kwalunkwe kontenut li jikser it-Termini tal-Użu jew il-Linji Gwida tal-Komunità, mingħajr avviż.
Termini u kundizzjonijiet bażiċi
- L-użu tal-Pjattaforma huwa mingħajr ħlas kemm għall-pubblikaturi kif ukoll għall-individwi li qed ifittxu entrati li jaqblu mal-kriterji tagħhom.
- Kulħadd jista’ joħloq u jippubblika entrata. L-uniku rekwiżit tekniku għall-ħolqien ta’ entrata huwa li wieħed jirreġistra biex joħloq kont individwali u jkollu dan il-kont assoċjat ma’ organizzazzjoni.
- Il-Pjattaforma ma tassumi l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe klassifikazzjoni jew kumment sottomess dwar il-kontenut.
- Il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li timmodifika l-Pjattaforma, u għalhekk il-katalgu tal-korsijiet jew iż-żona ta’ Networking, jew li timmodifika dawn it-Termini fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż minn qabel.
Termini u kundizzjonijiet speċifiċi
Katalgu tal-Korsijiet
Il-katalgu tal-korsijiet fit-taqsima tal-Iżvilupp Professjonali tal-Pjattaforma huwa għall-pubblikazzjoni ta’ korsijiet fuq il-post li huma eliġibbli bħala attività ta’ mobbiltà tal-persunal appoġġata minn finanzjament tal-Erasmus+(Azzjoni Ewlenija 1: Mobbiltà għall-Apprendiemt tal-Individwi)). Jekk inti fornitur tal-korsijiet, aqra Istandards tal-kwalità għall-korsijiet taħt Azzjoni Ewlenija 1..
Jekk jogħġbok innota li, għalissa, huma biss l-amministraturi tal-Pjattaforma, is-Sħab ta’ Appoġġ, u l-NSOs li jistgħu jippubblikaw korsijiet online fil-katalgu tal-kors.
Sejba tas-Sħab (entrati tal-Erasmus+)
It-taqsima tas-sejba tas-sħab fiż-żona tan-Networking hija għal entrati dwar attivitajiet li huma eliġibbli għall-finanzjament tal-Erasmus+ fl-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Dawn jistgħu jinkludu:
- Azzjoni Ewlenija 1 – Mobbiltà għall-apprendiment tal-individwi:
- Għall-mobilità tal-persunal: talbiet/offerti għal xogħol ta’ shadowing u assenjazzjonijiet ta’ tagħlim
- Għall-mobbiltà tal-istudenti: tfittxija ta’ skola/organizzazzjoni sħab
- Azzjoni Ewlenija 2 – Sħubiji għall-kooperazzjoni:
- Ideat tal-proġetti u avviżi ta’ tiftix għal sħab għal Sħubiji ta’ Kooperazzjoni u Sħubiji fuq Skala Żgħira.
- Jean Monnet
L-entrati jistgħu jikkonċernaw attivitajiet ippjanati jew attivitajiet li diġà għandhom finanzjament ikkonfermat.
Sir af aktar dwar l-iskadenzi, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tal-applikazzjonijiet fuq is- sit web tal-Erasmus+..
Politika ta’ Użu Aċċettabbli
Jekk qed tippubblika entrata, jekk jogħġbok aqra dan bir-reqqa:
- Il-pubblikaturi huma responsabbli li jipprovdu informazzjoni preċiża u rilevanti fl-entrati tagħhom, inkluż l-aġġornament tal-informazzjoni meta jkun meħtieġ.
- Il-pubblikaturi se jiżguraw li kwalunkwe kontenut li jikkontribwixxi għall-pjattaforma jkun preċiż (fejn jiddikjara fatti) u jkun ġenwin (fejn jiddikjara opinjonijiet).
- Huwa pprojbit li ttella’ jew tibgħat materjal, stampi, vidjos jew kontribuzzjoni oħra lil din il-pjattaforma li l-pubblikaturi ma jkollhomx permess jużaw.
- Huwa pprojbit li l-pubblikaturi jippersonifikaw xi persuna jew entità jew jiddikjaraw b’mod falz jew jirrappreżentaw lilhom infushom b’mod qarrieqi.
- Huwa pprojbit li jiġi mmanipulat il-kontenut jew xi partijiet minnu (inklużi titli, deskrizzjoni, metadata, dati, informazzjoni ta’ kuntatt, eċċ.) bi kwalunkwe mod li jista’ jqarraq lill-qarrejja jew jaħbi informazzjoni rilevanti minnhom, inkluż billi jipprovdi kwalunkwe informazzjoni falza jew mgħawġa biex itejjeb il-viżibbiltà fir-riżultati tat-tiftix.
Ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet
In-nuqqas ta’ konformità ma’ din il-Politika ta’ Użu Aċċettabbli jikkostitwixxi ksur materjali tat-Termini u Kundizzjonijiet, li l-utenti għandhom jaqblu magħhom sabiex jużaw il-pjattaforma, u jista’ jirriżulta li aħna nieħdu xi azzjoni jew l-azzjonijiet kollha li ġejjin fi kwalunkwe ħin, mingħajr notifika minn qabel:
- L-irtirar immedjat, temporanju jew permanenti tad-dritt tal-użu tal-Pjattaforma.
- It-tneħħija immedjata, temporanja jew permanenti ta’ kwalunkwe entrata jew materjal imtella’ mill-utent fuq il-Pjattaforma li jitqies mhux preċiż, mhux xieraq jew irrilevanti għall-objettivi u l-udjenza fil-mira tal-Pjattaforma.
- Tneħħija immedjata, temporanja jew permanenti ta’ kwalunkwe kumment jew tweġiba tal-utent fid-diskrezzjoni tagħna jekk ikunu abbużivi jew jekk jidhru li huma foloz jew duplikati.
- Ħruġ ta’ twissija lill-utent.
Id-deċiżjoni dwar il-konsegwenzi xierqa għall-ksur ta’ dawn it-Termini u Kundizzjonijiet se tittieħed abbażi tas-severità tal-ksur u tal-istorja tal-utent fuq il-pjattaforma. B’mod partikolari, deċiżjoni dwar it-tneħħija permanenti ta’ dritt għall-użu tal-pjattaforma tista’ tkun iġġustifikata biss jekk l-utent ikkonċernat ikun diġà ġie mwissi, fil-kuntest ta’ ksur preċedenti ta’ dawn it-Termini u Kundizzjonijiet, li d-drittijiet tiegħu jistgħu jkunu rtirat b'mod permanenti f’każ ta’ ksur ulterjuri.
Fil-każ ta’ tneħħija ta’ xi entrata tiegħek fi kwalunkwe forma, l-irtirar tad-dritt tiegħek li tuża l-Pjattaforma, jew ċaħda ta’ aċċess għaliha, inti intitolat titlob ir-raġunijiet wara d-deċiżjoni. Tali talba għandha tiġi indirizzata lil ;helpdesk@esep-support.eu.
Kwalunkwe talba meqjusa abbużiva, speċjalment minħabba n-natura ripetittiva tagħha, ma tiġix imwieġba. F’dawn il-każijiet, int se tkun infurmat li t-talba ġiet meqjusa abbużiva u li l-ebda tweġiba ulterjuri mhi se tingħata.
Tista’ tindirizza l-kummenti tiegħek dwar deċiżjoni rigward l-irtirar tad-drittijiet tiegħek li tuża l-pjattaforma billi tikkuntattja mailto:EAC-SEG@ec.europa.eufi żmien ġimagħtejn wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni.