Skip to main content
European School Education Platform

Tutorials

Ideat prattiċi u linji gwida għall-għalliema u l-iskejjel

Tmexxija tat-tagħlim tiegħek online: naħdmu b’mod remot f’qasir żmien!

M’hemm l-ebda dubjut! COVID-19 irrivoluzzjona kif l-edukaturi madwar id-dinja jgħallmu l-lezzjonijiet tagħhom. Il-familjarità li tkun fil-klassi ġiet sostitwita b’Tagħlim Remot ta’ Emerġenza. Imma x’jistgħu jagħmlu l-iskejjel u l-għalliema biex jinkorporaw b’suċċess it-tagħlim online fil-futur, u kif jistgħu jagħmlu dan? Sir af aktar f’dan it-tutorial!
Digital tools
Distance learning
Learning space
Online learning

Skejjel taħt (ri)kostruzzjoni: tutorial dwar ambjenti ta’ tagħlim

Klassijiet tradizzjonali bil-blackboard tagħhom, l-għalliem bilwieqfa quddiemha u l-iskrivaniji f’ringieli jmorru lura għall-monasteri medjevali. Imma hekk kif is-soċjetà qed issir dejjem aktar għanja fit-teknoloġija u l-attenzjoni qed tmur aktar fuq il-kompetenzi ewlenin u l-pedagoġija ċċentrata fuq l-istudenti, hekk ukoll l-ispazju ta’ tagħlim jeħtieġ li jlaħħaq ma’ dan. F’dan it-tutorial, se titgħallem li l-ambjent aħdar huwa aħjar, il-klassijiet mhux dejjem għandhom bżonn ħitan u aktar.
Learning space

Ħiliet ġodda miksuba: użu tal-logħob fit-tagħlim

Tant hemm informazzjoni disponibbli, offline u speċjalment fuq l-internet, li student verament motivat jista’ lanqas biss ikollu bżonn għalliem, skont Feliz-Murias. Il-logħob għandu l-karatteristiċi li l-istudenti tal-lum – 'l hekk imsejħa “indiġeni diġitali” – huma mdorrija bihom minn għodod online: it-tagħlim permezz tal-prattika, il-personalizzazzjoni, feedback immedjat, skoperta attiva u tipi ġodda ta’ komprensjoni. Ukoll, importanti daqs il-kontenut tat-tagħlim hija l-motivazzjoni – l-imħabba għat-tagħlim. Ipprova s-sitt Livelli tagħna ta’ tagħlim ibbażat fuq il-logħob biex tirrifletti fuq id-disinn tal-lezzjoni tiegħek. Jirnexxilek twettaqhom kollha?
Digital tools
Non-formal learning
Pedagogy

“Imma dawn huma għall-istudenti tiegħi - nista' naqsamhom?”: tutorial dwar id-drittijiet tal-awtur, it-tagħlim u l-World Wide Web

Il-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur m’humiex ċari. Kien argumentat li xadina li tieħu stessi b'kamera misruqa għandha d-drittijiet tal-awtur għalihom; u tattoo teknikament tappartjeni għall-artist, mhux għall-persuna li għandha t-tattoo. Imma int għalliem! Dan x'għandu x'jaqsam miegħek? Għandu x’jaqsam jekk tellajt il-pjan tal-lezzjoni tiegħek online, jew żidt ritratti ta’ xi ħadd ieħor fl-islajds tal-preżentazzjoni tiegħek, jew użajt mużika pop f'film li tkun għamilt mal-istudenti tiegħek. F'dan il-tutorial, se nħarsu lejn ftit suġġerimenti ta’ malajr biex insostnu d-drittijiet tal-awtur, u xi raġunijiet għalfejn għandna naħsbu fihom.
Media literacy
Policy development

Gwida qasira għal GDPR għall-iskejjel u l-għalliema

Il-protezzjoni tad-data hija essenzjali: tfisser il-privatezza u r-rispett u l-ħelsien mill-manipulazzjoni. Madankollu, xi ansjetà segwiet il-GDPR tal-Unjoni Ewropea (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). L-iskejjel jeħtieġu jaġġustaw iż-żamma tar-rekords tagħhom? Liema informazzjoni hija kkunsidrata delikata? Tista' xorta jkollok informazzjoni dwar l-iskola fuq tagħmir portabbli? Dan it-tutorial iqiegħdek f'pożizzjoni aħjar biex tissalvagwardja d-data tal-istudenti tiegħek – u tifhem x’qed jiġri b’tiegħek.
Policy development

Ittrasforma l-lezzjonijiet tax-xjenza tiegħek f'erba' passi

Mit-30 pajjiż li stħarriġna fi studju fl-2016 fuq dan is-suġġett, 80% ddeskrivew l-edukazzjoni STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika) bħala qasam ta’ prijorità fil-livell nazzjonali bħalissa. Fl-istess ħin, il-pajjiżi tal-UE għadhom qed jaħdmu biex inaqqsu l-għadd ta' dawk li huma batuti fix-xjenza. It-tagħlim ta' dawn is-suġġetti huwa responsabbiltà kbira għal għalliem - u sfida kbira wkoll. Kif tista' timmotiva lill-istudenti tiegħek? Kif tista' tħeġġeġ fihom ħafna entużjażmu u ħafna stagħġib li huwa dovut għax-xjenzi? Hawnhekk issib erba' passi biex jgħinuk tittrasforma l-lezzjonijiet tax-xjenza.
Digital tools
Arts

Ikkonnettja u irbaħ: gwida għal netwerks u l-approċċ tal-iskola kollha

Għamilt rabtiet kontinwi ma' skejjel jew għalliema oħra biex taqsam approċċi pedagoġiċi? Jew ipparteċipajt fi proġett tal-eTwinning li nbidel fi sħubija fit-tul? Dan l-aħħar in-netwerks kienu qed jiksbu trazzjoni: Minn naħa waħda, is-sistemi edukattivi saru aktar kumplessi, u jeħtieġu interazzjonijiet kumplessi fost l-atturi tagħhom; min-naħa l-oħra, l-għalliema jixtiequ jevitaw l-iżolament professjonali. Iżda meta u kif għandu wieħed jistabbilixxi netwerk? Din it-tutorial hija mmirata lejn kapijiet ta’ skejjel, dawk li jfasslu l-politika, u għalliema li jaspiraw għal aktar konnettività.
Whole-school approach
School partnerships and networks
School leadership
Policy development

L-importanza tal-komunikazzjoni b’lingwi barranin

L-UE issa għandha 500 miljun ċittadin, 28 Stat Membru, tliet alfabeti u 24 lingwa uffiċjali, xi wħud minnhom b'kopertura dinjija. Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem ma’ gvernijiet nazzjonali biex tilħaq għan ambizzjuż: li jippermetti liċ-ċittadini jikkomunikaw b’żewġ lingwi għajr il-lingwa materna tagħhom. Aqra aktar dwar din il-kompetenza ewlenija fit-tutorial li ġej!
Language learning

L-intraprenditorija - l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ ta’ sens ta’ inizjattiva u kreattività

L-intraprenditorija tista’ bi żball tkun relatata biss ma’ attivitajiet ekonomiċi u l-ħolqien tan-negozju, madanakollu, hija ħafna aktar minn hekk. “Is-sens ta’ inizjattiva u kreattività” hija waħda mit-tmien kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja kif definita mill-Unjoni Ewropea. Hija tirreferi għall-abilità ta’ individwu li jidentifika u jaħtaf opportunitajiet, idawwar ideat f’azzjoni, u jippjana u jimmaniġġja proċessi biex jikseb għanijiet. F’din it-tutorial tista’ ssir taf aktar dwar din il-kompetenzi ewlenija u kif l-għalliema jistgħu jrawmuha fl-istudenti tagħhom.
Professional development
Policy development
Entrepreneurship